Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Pisanu ma’ Hibernians

Hibernians ħabbru li laħqu ftehim amikevoli mal-kowċ Andrea Pisanu, biex iħalli immedjatament il-kariga tiegħu fit-tmexxija tal-iskwadra ewlenija tal-klabb.

L-aħbar tasal f’perjodu diffiċli għall-klabb, li jinsab fil-ħames post tal-klassifika tal-Kampjonat Premier, u f’riskju li Hibernians jitilfu post fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Attwalment, Hibernians għandhom żvantaġġ ta’ 19-il punt fuq Hamrun Spartans Football Club, u jinsabu 8 punti wara Gzira United, 5 punti wara Birkirkara, 2 punti wara Mosta u b’punti daqs Balzan.