Internazzjonali

WARA T-TERREMOT: Membri tal-Protezzjoni Ċivili se jassistu z-zoni milquta fit-Turkija

Malta se tkun qed tassisti fiz-zoni li kmieni dalgħodu ġew milquta mit-terremot. Dan permezz ta’ għajnuna li se joffri d-d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Net News jista’ jikkonferma li l-membri tas-CPD se jħallu pajjiżna fis-sigħat li ġejjin.

It-terremot li laqat kemm it-Turkija u anke s-Sirja ħalla mas-600 vittma. Għalkemm in-numru jaf jiżdied fis-sigħat li ġejjin.

Fil-passat, il-Maltin dejjem kienu minn tal-ewwel li offrew għajnuna diretta kull meta jkun hemm każi ta’ diżastri naturali. Dan ġara fost l-oħrajn fl-Italja, meta terremot qawwi laqat Amatrice.