Sport Sport Ieħor

Blackball: Magħrufa l-plejers li se jirrapreżentaw lil pajjiżna fi Bridlington

B’rebħa ta’ 10-7 fuq Scott Muscat, Stephen Mangion rebaħ ir-raba’ ranking tournment u għalhekk issa se jkun qed jagħmel parti mit-tim nazzjonali Malti.

Il-plejer veteran li jilgħab ma’ Ħamrun 147 ingħaqad ma’ Claudio Cassar, Owen Amato, Gary Carr, Johan Attard u Mevrick Zammit li se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-EBA Blackball Nations Cup 2023 li se ssir fil-belt Ingliża ta’ Bridlington f’Marzu li ġej.

It-tim se jkun immexxi mill-kowċ Clevion Micallef.