Segwi hawn l-intervista ma’ Tork, Ahmed Fayiz li ddiskrivilna dak li qraba tiegħu għaddew minnu matul it-theżżiż tat-terremoti.
Fayiz huwa minn Ankara, lokalità li tinsab ftit ‘il bogħod mill-epiċentru tat-terremot. Madanakollu għandu qraba li kienu qrib ħafna tal-epiċentru.
“Nannuhi u zijiet tiegħi joqgħu Kayseri u Maras, rispettivament,” qal Fayiz. “Qalulna kif it-terremoti kienu qawwija ħafna.”
Fayiz qal li z-zijiet tiegħu m’għandhomx aċċess għall-iktar affarijiet bażiċi.
“Minkejja li l-bini fejn jgħixu z-zijiet ma ċediex, minħabba d-diżastru li hemm madwarhom, ma jistawx jaċċessaw l-iktar affarijiet bażiċi, bħall-ikel u l-ilma tax-xorb,” qal Fayiz. “Mhux possibli lanqas li l-għajnuna taċċessahom daqshekk malajr minħabba li t-toroq jinsabu fi stat diżastruż.”
Filwaqt li xi qraba oħra tiegħu telqu mil-lokalità fejn jgħixu.
“Nannuhi kellu ċ-ċans li joħroġ mill-belt,” qal Fayiz. “Telaq għax ħadd ma ħassu sigur li joqgħodu f’daru f’każ li jseħħ terremot ieħor.”
//= $special ?>