Futbol Sport

Faċli għal Juventus kontra Salernitana

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu rebħa faċli barra minn darhom kontra Salernitana bl-iskor ta’ 3-0. Huma fetħu l-iskor fis-26 minuta meta Hans Nicolussi Cavuglia deher iwaqqa’ lil Fabio Miretti fil-kaxxa, fejn mill-ħdax-il metru kien l-attakkant Serb Dusan Vlahovic li ma żbaljax għal 1-0.

Huma rdoppjaw ma’ tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba Vlahovic għadda tajjeb lejn Filip Kostic li xeħet fix-xibka mill-viċin għal 2-0. Juventus għalqu l-partita u aċċertaw mir-rebħa żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsimaa meta Nicolo Fagioli sab lil Vlahovic li għal darb’oħra kkonkluda fix-xibka u ta’ tliet punti importanti lit-tim immexxi minn Massimiliano Allegri.