Sport Sport Ieħor

Fishing Sport: Organizzata t-tieni sajda mill-Kampjonat tad-Doubles tal-KSFA

Miguel Grech u Carmelo Quattrocchi ħarġu rebbieħa tat-tieni sajda mill-kampjonat tad-doubles, li saret f’ Manoel Island il-Ħadd li għadda.

Ir-rebbieħa kellhom qabda sabiħa ta’ 2.299kg, bit-tieni post imur għal Ray Farrugia u Clayton Camilleri b’ 1.429Kgs, segwiti fit-tielet post minn Alex Genovese u Alex Koukias b’1.209kgs.

Kienet sajda xejn faċli, b’riħ qawwi mit-Tramuntana jkun kaġun ta’ nuqqas ta’ nteress mill-ħut
Wara s-sajda, il-ħut kollu ġie rilaxxat lura l-baħar.

Is-sajda li jmiss se tkun l-ewwel waħda tas-Singles tal-istaġun u se ssir fil-5 ta’ Marzu.