Internazzjonali

“Għadhom taħt trawma, jinsabu imwerwrin” – Malti dwar qraba fis-Sirja

Segwi hawn l-intervista ma’ Omar Rababah, Malti li għandu qraba tiegħu f’Damascus, zona li ġiet milquta mit-terremot li seħħ il-bieraħ fis-Sirja.

“Spiċċaw imwerwrin minn dak li bdew jaraw,” qal Rababah.

Terremot li ħalla lil eluf ta’ persuni mwerwrin minn dak li jista’ jiġri fis-sigħat li ġejjin.

“Għadhom taħt trawma kbira,” qal Rababah.

F’messaġġ imqanqal, Rababah qal kif is-Sirja ha tingħata l-ġenb f’din it-traġedja, u kien hawnhekk fejn appella biex l-awtoritajiet konċernati jgħinu kif jistgħu.

“Is-Sirjani mhumiex nies inqas minn oħrajn.”

Omar mistenni li jibda jiġbor donazzjonijiet ta’ ikel, ħwejjeġ u affarijiet oħra biex eventwalment jitla’ s-Sirja biex jgħin lil dawk kollha milquta mit-terremot.