Sport Sport Ieħor

Hockey: Faċli għal Qormi Daikin kontra White Hart

Rebħa faċli ta’ 10-1 għal Qormi Daikin kontra White Hart fl-unika partita mill-kampjonat nazzjonali tal-hockey.

Sa tmiem l-ewwel quarter l-iskor kien għadu dak ta’ 0-0, iżda mit-tieni quarter ‘l hemm Qormi ddominaw u ħadu l-logħba kompletament f’idejhom.

Iż-żagħżugħ Luke Bajada kien awtur ta’ tripletta, Steve Tanti u Ayrton Falzon skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Ayrton Falzon, Zack Degiovanni, Juan Sarcia u Nathan Pace Gasan niżżlu isimhom fost l-iskorers. 

White Hart naqqsu l-marġni tal-iskor grazzi għall-plejer veteran David Agius. 

Umpires kienu Edward Hughes u Karl Chircop. 

F’logħba oħra li kellna mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Marsaskala Heat 6-4. 

Gary Bonnici kien l-eroj għas-Slimiżi hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Jadon Cutajar u Keith Azzopardi għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom. 

Alessandro Piscopo skorja tripletta filwaqt li Cayleb Caruana kompla naqqas l-iskor għall-Iskalin.  

Umpires: James Mizzi  u Keith Calleja