Internazzjonali

Il-membri tas-CPD jaslu f’Malatya

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-10am, il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-belt Torka ta’ Malatya – waħda mill-ibliet li intlaqtet mid-devastazzjoni tat-terremot li lbieraħ inħass f’diversi bnadi tat-Turkija.

Il-grupp tal-Maltin huwa mħarreġ sew biex jassisti f’ħidma ta’ salvataġġ u f’każi umanitarji ta’ din ix-xorta. Fil-fatt, dan huwa sforz li qed ikun ko-ordinat mill-Unjoni Ewropea kollha.

B’kollox huma 32 dawk li telqu minn Malta ilbieraħ.

Malatya tinsab 3 sigħat ‘il bogħod minn Gaziantep, li hija l-aktar belt li ġarrbet ħsarat.

Apparti s-CPD, anke SOS Malta se tkun qed toffri għajnuna lin-nies milquta.