Internazzjonali

“In-nies huma devastati għadhom ifittxu l-eluf ta’ nies qalb it-tifrik” – ġurnalist Tork

Segwi hawn l-intervista ma’ ġurnalist Tork, Murat Ağca li spjegalna dak li n-nies affetwati mit-terremoti għaddejjin minnu.

Huwa qal kif it-Torok jinsabu devastati mmens hekk kif għaddew minn traġedja li ħalliet eluf ta’ persuni mejta u eluf oħra għadhom mitlufin.

Ağca spjega kif il-pajjiż kemm-il darba jesperjenza terremoti żgħar iżda dawn kienu terremoti li bidlu l-ħajja ta’ ħafna.

“It-Turkija kollha tinsab fuq fault lines li jikkawżaw it-terremoti,” qal Ağca. “Diversi drabi matul is-sena nesperjenzaw terremoti iżda dawn kellhom riperkussjonijiet kbar. Tant li ilna mill-1939 ma nesperjenzaw terremoti ta’ dan it-tip.”

Bin-nies jinsabu fit-toroq biex jgħinu fit-tfittxija għal dawk il-persuni li għadhom mitlufin.

“Iz-zoni affetwati huma kbar,” qal Ağca. “In-nies qed jipprovaw isalvaw lil persuni oħrajn li jinsabu midfuna taħt it-tifrik.”