Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Caffè Moak Luxol leaders assoluti

Colin Schembri

Starlites FIJO…………….59

Caffè Moak Luxol…….65

(12-14)(17-16)(8-16)(22-19)

Caffè Moak Luxol issa huma l-leaders assoluti tal-kampjonat tan-nisa hekk kif kisbu t-tieni rebħa minn tlett partiti fuq ir-rivali Starlites FIJO. Il-partita kienet missielta għal ħin twil, kif mistenni bejn dawn iż-żewġ timijiet però bidu qawwi u run fit-tielet taqsima kienu kruċjali għar-rebħa tac-champions. Paula Ellul ta’ Luxol kienet l-unika player nieqsa għal din il-partita. Luxol fetħu tajjeb u għamlu l-ewwel seba’ punti mingħajr risposta minn Gladiana Avila, Josephine Diaby u trippla ta’ Mandi Mercieca. L-ewwel punt ta’ Starlites ġie minn Maria Bonett però Luxol kellhom sitt punti oħra minn Lisa Fenech Pace u Diaby għal Luxol għal skor ta’ 12-1. Starlites finalment irkupraw u kellhom run tajba ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Amelia Simmons u punti minn Mikela Riolo għal skor ta’ 12-14. Fit-tieni taqsima Starlites ħadu l-vantaġġ wara tlett trippli ta’ Steffi De Martino 25-20. Luxol wieġbu permezz ta’ Mercieca u Avila u għalkemm Simmons u De Martino reġgħu wieġbu għal Startlites, Luxol daħlu jistrieħu punt minn fuq 30-29.

Fit-tielet taqsima, Simmons poġġiet lil Starlites minn fuq qabel ma Luxol wieġbu bi tlett baskets mingħajr risposta. Mill-ġdid kienu De Martino u Simmons li kisbu l-punti għal Starlites però Luxol għalqu t-taqsima bi 8 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 46-37. L-aħħar sessjoni kienet missielta u għalkemm Luxol fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt wara trippli minn Avila, Starlites ma ċedewx u bil-punti minn Riolo, Simmons u De Matino waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 59-63. Il-ħin però kien favur ic-champions li għamlu l-aħħar punti permezz ta’ Diaby u ħarġu rebbieħa 65-59.

Starlites FIJO: M. Zammit Cordina 2, M. Riolo 7, A. Saliba 4, M. Sciberras, M. Bonett 2, S. De Martino 16, M. Fenech, A. Simmons 25, C. Cilia, L. De Martino, S. Davies, C. Curmi 2.

Caffè Moak Luxol: C. Sollami 2, V. Selvaggi, M. Mercieca 7, L. Fenech Pace 8, F. Camilleri, G. Avila 30, K. Portelli, B. Zammit, M. Camilleri, S. Fenech Pace, J. Diaby 16, A. Fenech Pace 2.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi

ARMS Depiro………….91

Fusion Quest…………..31

(24-7)(14-13)(21-5)(32-6)

ARMS Depiro kellhom rebħa komda fuq Fusion Quest bil-players kollha jieħdu sehem fil-partita u jniżżlu isimhom fost l-iskorers. Għal Depiro kien hemm in-nuqqas ta’ players bħal Julia Xerri u Claire Ciantar għalkemm ġiet lura Noeleen Agius fil-waqt li għal Fusion kienu nieqsu Julia Schembri u Danika Apostolovska. Taqta’ l-bilanċ li kien hemm fit-tieni sessjoni, ftit li xejn kien hemm storja fil-partita li sa’ mill-ewwel minuti kienet f’idejn Depiro li bdew b’żewġ runs ta’ 10-0 u 8-0 fejn kellhom fost l-oħrajn il-punti minn Nicole Agius, Julia Borg u Casey Samuels. Bejniethom kien hemm l-ewwel basket ta’ Fusion minn Natalija Pejcic u sa’ tmien is-sessjoni iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin għal skor ta’ 24-7. Fit-tieni taqsima kien hemm punti fuq kull naħa b’Agius tagħmel trippla għal Depiro. Fusion kellhom break ta’ 7-0 minn Fanni Fabok u Pejcic qabel ma Depiro għamlu l-aħħar tlett punti għal sjor ta’ 38-20.

Fit-tielet taqsimna, wara li Fusion kellhom l-ewwel punti minn Pejcic, Depiro kellhom run ta’ 15-1 bi trippla ta’ Samuels u komplew bil-punti ta’ Mariah Micallef u Emily Cassar għal skor ta’ 59-25. L-aħħar taqsima fetħet b’run oħra ta 18-0 minn Deiro li kellhom ukoll żewġ trippli oħra minn Noeleen Agius biex ħarġu rebbieħa 91-31.

ARMS Depiro: Ni. Agius 8, J. Mallia 2, L. Duncan 4, No. Agius 15, N. Hili 2, C. Samuels 15, J. Borg 10, M. Micallef 4, N. Borg 17, L. Camilleri 8,  E. Cassar 6.

Fusion Quest: T. Azzopardi Deguara, D. Debono, M. Momcilovic 2, E. Pace, E. Amorin, A. Caballero 4, F. Fabok 15, N. Pejcic 10.

Referees: Gianfranco Russo, Bogdan Mrkojevic.