Lokali

Kamra fis-Seminarju għal tfal bi bżonnijiet varji

Diversi studenti li jattendu l-iskola tas-Seminarju se jkunu qed jibbenefikaw minn kamra partikolari għal tfal bi bżonnijiet varji.

Fil-fatt, fl-aħħar xhur ġiet atrezzata multi-sensory room sabiex aktar minn 22 tifel jagħmlu użu minn apparat varju. Dan kollu jghinhom mhux biss biex jitgħalmu bil-modi tagħhom iżda wkoll sabiex ikollhom spazju sigur fejn jistgħu jilgħabu.

Net News tkellem mal-Koordinatur tal-Inklużjoni fl-iskola, Charlotte Schembri li ħadmet biex tassigura li din il-kamra tkun addattata għall-bżonnijiet ta’ kull persuna.

Charlotte Schembri spjegatilna kif din il-kamra hija importanti hekk kif dawn it-tfal ikunu jistgħu jaqtgħu daqsxejn mir-rutina tal-klassi filwaqt li fl-istess ħin ikunu xorta waħda qed jitgħalmu.