Internazzjonali

“Kellna nitilqu minn djarna minħabba biża’ ta’ terremoti oħra” – Kurd minn Diyarbakır

Segwi hawn l-intervista ma’ Cybersecurity Research Engineer, Doğan Can Bakır li spjegalna dak li għadda minnu tul it-terremot hekk kif jgħix f’Diyarbakır.

“L-ewwel żewġ theżżiżiet qajmuna minnufih,” qal Bakır. “Iżda fortunatament la jien u lanqas qraba tiegħi ma weġġgħu kaġun ta’ dan.”

Minkejja li l-aħħar theżżiża ilha li seħħet is-sigħat ilu, ix-xokk għadu fuqhom.

“Għadna taħt xokk minn dak li għaddejna minnu,” qal Bakır.

Fil-fatt, huma kellhom jitilqu minn djarhom.

“Kellna nitilqu minn djarna biex insibu post iktar sigur,” qal Bakır. “L-appartament li ngħixu fih, li jinsab fis-sular ta’ fuq nett meta jiċċaqlaq matul it-theżżiż u kien għalhekk li ġejna f’bini tal-Gvern biex nistkennu.”

B’dak li għaddew u għadhom għaddejjin minnu mhu se jinsewh qatt.

“Ninsabu għajjenin ħafna,” qal Bakır. “Mal-ewwel theżżiża ħadna l-iktar affarijiet neċessarji u ħriġna barra. Mat-theżżiża li seħħet iktar tard, konna lħaqna dħalna ġewwa għax ħsibna li kollox kien għadda sa dak il-ħin. Issa ma nafux meta sejrin lura d-dar.”