Fost id-diversi sfidi li qed jaffaċja is-settur edukattiv….in-nuqqas ta’ LSEs tibqa’ sfida ewlenija. Problema li ilha għal dawn l-aħħar xhur, iżda l-ebda soluzzjoni għadha ma nstabet minn naha tal-Gvern – ghajr ghall-fatt li saret sejha biex jiġu ingaġġati aktar LSEs.
Din il-problema kien ikkonfermahilna l-Ministru tal-Edukazzjoni nnifsu ġimgħat ilu… u daqs xahar wara, l-istess Ministru għadu mingħajr soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta’ LSEs; ħlief li għadu qed iserraħ fuq is-sejħiet.
Diversi ġenituri u edukaturi li tkelmu magħna spjegawlna kif studenti bi bżonnijiet speċjali qed jispiċċaw saħansitra jitilfu l-lezzjonijiet… iżda kemm il-Ministru tal-Edukazzjoni u anke l-Ministru tal-Inklużjoni ħarbu milli jindirizzaw din il-problema reali.
Minkejja kollox, l-ebda minn dawn il-Ministri ma’ wassal soluzzjoni prattika għan-nuqqas ta’ LSEs.
Il-problema fl-iskejjel tant kibret li diversi tfal li suppost ikunu se jibdew il-kinder, spiċċaw ma jistgħux jattendu skola minħabba li m’hemmx biżżejjed LSEs. Dan apparti li studenti oħra wkoll qed isibuha difficli jkomplu b’mod regolari bl-istudji taghhom.
//= $special ?>