INTERVISTI
‘Sodisfatt bir-riżultat u li erġajna ma’ sofrejna ebda gowl’
- Branco Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Kienet logħba kumbattuta u eċċitanti minkejja li ġie skurjat gowl wieħed biss.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branco Nisevic wara r-rebħa minima li huma kisbu kontra Floriana. Nisevic kompla, ‘ Floriana riedu l-punti minn din il-partita u kienu ta’ sfida kbira. Sodisfatt bir-riżultat u aktar minn hekk li jekk mhux sejjer żbaljat din kienet il-ħdax il-partita li ma’ sofrejna ebda gowl. Dwar Holmberg dan ilu nieqes mil-logħob minn Novembru li għadda u għaldaqstant mhuwiex match fit. Imma ovvjament irridu naħdmu aktar fuq il-fiżika ta’ dan il-player li ser ikun żieda importanti ħafna fl-iskwadra tagħna. Issa jmissna logħba importanti kontra Valletta fit-Trophy nhar il-Erbgħa fejn nemmen li din ser tkun logħba oħra interessanti u kumbattuta.’
‘Kellna prestazzjoni pożittiva ħafna’
- Darren Vella, assistent kowċ Floriana FC
‘Minkejja li ma’ ħadniex dak li xtaqna minn din il-partita, il-prestazzjoni kienet waħda pożittiva ħafna’ Il-kummenti tal-assistent kowċ ta’ Floriana Darren Vella li kompla hekk . ‘Irridu li nġorru din il-prestazzjoni magħna u nkomplu nibnu fuqha. Wieħed irid jinnota li konna qed nilgħabu kontra l-aqwa tim u kellna ħames players mis-settur tal-Youths. Xorta waħda nemmnu li ser nibqgħu nissieltu sabiex nilħqu l-objettiv tagħna, dak li nidħlu fl-Ewropa fejn jien għandi fiduċja kbira fit-tim. Fil-logħob li jmiss ser ikun ta’ sfida għal kull avversarju bħalma dejjem konna.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 18 | 49 |
| Gżira United | 18 | 38 |
| Birkirkara | 18 | 35 |
| Mosta | 18 | 32 |
| Balzan | 18 | 30 |
| Hibernians | 18 | 30 |
| Gudja United | 18 | 27 |
| Floriana | 18 | 26 |
| Valletta | 18 | 25 |
| Sirens | 18 | 19 |
| Marsaxlokk | 18 | 16 |
| Żennuġ Rangers | 18 | 11 |
| Santa Lucia | 18 | 8 |
| Pietà Hotspurs | 18 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 15 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 11 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 11 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 10 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 9 |
| Angel Torres (Balzan) | 8 |
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 11 ta’ Frar, 2023
Stadium Nazzjonali
3.00pm Ħamrun S. – Valletta
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Birkirkara – Gudja Utd.
4.15pm Żebbuġ R. – Hibernians
Il-Ħadd 12 ta’ Frar, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm Gżira Utd. – Sirens
4.15pm Mosta – Floriana
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Sta Lucia – M’Xlokk
Centenary Stadium
11.30pm Balzan – Pieta H.
//= $special ?>

