Futbol Sport

Shaun Dimech u Adam Magri Overend konsistenti fil-prestazzjonijiet…..De Assis jibqa’ jiskorja

INTERVISTI

‘Sodisfatt bir-riżultat u li erġajna ma’ sofrejna ebda gowl’

  • Branco Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC

‘Kienet logħba kumbattuta u eċċitanti minkejja li ġie skurjat gowl wieħed biss.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branco Nisevic wara r-rebħa minima li huma kisbu kontra Floriana. Nisevic kompla, ‘ Floriana riedu l-punti minn din il-partita u kienu ta’ sfida kbira. Sodisfatt bir-riżultat u aktar minn hekk li jekk mhux sejjer żbaljat din kienet il-ħdax il-partita li ma’ sofrejna ebda gowl. Dwar Holmberg dan ilu nieqes mil-logħob minn Novembru li għadda u għaldaqstant mhuwiex match fit. Imma ovvjament irridu naħdmu aktar fuq il-fiżika ta’ dan il-player li ser ikun żieda importanti ħafna fl-iskwadra tagħna. Issa jmissna logħba importanti kontra Valletta fit-Trophy nhar il-Erbgħa fejn nemmen li din ser tkun logħba oħra interessanti u kumbattuta.’

‘Kellna prestazzjoni pożittiva ħafna’

  • Darren Vella, assistent kowċ Floriana FC

‘Minkejja li ma’ ħadniex dak li xtaqna minn din il-partita, il-prestazzjoni kienet waħda pożittiva ħafna’  Il-kummenti tal-assistent kowċ ta’ Floriana Darren Vella li kompla hekk . ‘Irridu li nġorru din il-prestazzjoni magħna u nkomplu nibnu fuqha. Wieħed irid jinnota li konna qed nilgħabu kontra l-aqwa tim u kellna ħames players mis-settur tal-Youths. Xorta waħda nemmnu li ser nibqgħu nissieltu sabiex nilħqu l-objettiv tagħna, dak li nidħlu fl-Ewropa fejn jien għandi fiduċja kbira fit-tim. Fil-logħob li jmiss ser ikun ta’ sfida għal kull avversarju bħalma dejjem konna.’

KLASSIFIKALPTI
Ħamrun Spartans1849
Gżira United1838
Birkirkara1835
Mosta1832
Balzan1830
Hibernians1830
Gudja United1827
Floriana1826
Valletta 1825
Sirens 1819
Marsaxlokk 1816
Żennuġ Rangers 1811
Santa Lucia 188
Pietà Hotspurs 185
L-AQWA SKORERSGLS
Jefferson De Assis (Gżira United)15
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans)11
Jurgen Degabriele (Hibernians)11
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)11
Maxuell Maia (Gżira United)10
Christ Ememe (Mosta)9
Enzo Cabrera (Birkirkara)9
Angel Torres (Balzan)8

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 11 ta’ Frar, 2023

Stadium Nazzjonali

3.00pm            Ħamrun S. – Valletta

Tony Bezzina Stadium

2.00pm            Birkirkara – Gudja Utd.  

4.15pm            Żebbuġ R. – Hibernians

Il-Ħadd 12 ta’ Frar, 2023

Stadium Nazzjonali

2.00pm            Gżira Utd. – Sirens

4.15pm            Mosta – Floriana

Tony Bezzina Stadium

3.00pm            Sta Lucia – M’Xlokk

Centenary Stadium

11.30pm          Balzan – Pieta H.