Sport Sport Ieħor

Sparar: Brian Galea jirbaħ it-Trap Selection Shoot

L-ewwel Trap Selection Shoot intrebħet minn Brian Galea. Din il-kompetizzjoni organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges b’75 mira fl-ewwel jum u 50 plattina segwiti mill-fażi finali fit-tieni jum.

William Chetcuti u James Galea rnexxielhom isibu post fuq il-podju hekk kif spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

It-tmien Semi Finalisti fl-ordni tan-numru tal-bib skont il-punteġġi ta’ kwalifika tagħhom kienu:

Semi-Finali 1
Bil-Bib Numri 1, 3, 5 u 7 kienu; Gianluca Chetcuti bl-iskor ta’ 114/125, William Chetcuti 112/125 +2 shoot-off, Nico Sciberras laqat 107/125 +4 shoot-off u Emmanuel Bugeja irnexxielu 107/125 +2 shoot-off.

Semi-Finali 2
B’il Bib numri 2, 4, 6 u 8 kienu; James Galea skorja 113/125, Brian Galea 112/125 +1 shoot-off, Anglu Ciappara laqat 107/125 +3 shoot-off u Christian Farrugia 107/125 +1 shoot-off.

Riżultat ta’ Semi-Finali 1

  1. CHETCUTI William 24/25
  2. CHETCUTI Gianluca 23/25
  3. SCIBERRAS Nico 20/25
  4. BUGEJA Emmanuel 11/15

Riżultat ta’ Semi-Finali 2

  1. GALEA James Jr. 23/25
  2. GALEA Brian 20/25
  3. FARRUGIA Christian 18/25
  4. CIAPPARA Anglu 10/15

Logħba tal-Midalja

  1. GALEA Brian 31/25 +6 shoot-off
  2. CHETCUTI William 31/35 +5 shoot-off
  3. GALEA James Jr 21/25
  4. CHETCUTI Gianluca 13/15

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar Selection Shoot għall-ISSF World Cup Doha, QAT 2023, li se ssir f’Marzu.

L-Atleti li jirrappreżentaw lil Malta fit-Trap Events se jkunu James Galea Jr., William Chetcuti, Gianluca Chetcuti u Brian Galea li qed jipparteċipaw fit-Trap Men Event filwaqt li Mariah Busuttil u Mikaela Galea se jkunu qed jisparaw fit-Trap Women Event.

Ir-riżultati tal-Klassi mit-tieni jum kienu dawn li ġejjin:

Klassi A

  1. GALEA James Jr. 46/50 (Regola Count Back: 13)
  2. GALEA Brian 46/50 (Regola Count Back: 7)
  3. CHETCUTI Gianluca 45/50

Klassi B

  1. MARMARA Ġwanni 45/50
  2. FARRUGIA Christian 44/50
  3. CIAPPARA Anglu 43/50

Klassi Ċ

  1. GRECH Carmel 37/50
  2. CAMILLERI Daniel 33/50
  3. BALCACCHINO Hubert 33/50

Il-programm Trap MSSF ikompli nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2023, bil-Queen Garage Tire Service Challenge Cup fil-Qormi Clay Shooting Club.