Lokali

Stefan Caruana innominat bħala s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv il-ġdid tal-PN

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino se jinnomina quddiem il-Kumitat Eżekuttiv lil Stefan Caruana bħala s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv il-ġdid.

Stefan hu għalliem tal-mużika u l-istudji teatrali, kif ukoll il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Gudja. Ikkontesta wkoll l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Hu għandu għal qalbu l-volontarjat, partikolarment fost iż-żgħażagħ.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Rudolph Marmara, li min-naħa tiegħu se jibqa’ jservi f’din il-kariga sakemm ikun ikkonfermat Stefan Caruana.