Lokali

Appoġġ għall-ħidma li qed iwettaq il-Partit Nazzjonalista

Missier Malta Ewropea. Eddie Fenech Adami bħala missier, politiku u statista.

Dawn huma l-memorji li f’għeluq snin Eddie Fenech Adami mill-ġdid stajna nerġgħu ngħixu … hekk kif  tul il-jum tat-Tlieta twasslet xandira speċjali fuq Net Television u Net FM illi fiha ipparteċipaw għadd ta’ persunu li ħadmu qrib l-eks Prim Ministru u President Emeritu, Eddie Fenech Adami.

F’din l-istess xandira ..il-pubbliku seta’ wkoll jikkontribwixxi bid-donazzjonijiet sabiex il-PN jibqa’ jwassal b’mod aktar b’saħħtu l-messaġġ tiegħu.

It-Tlieta l-eks Prim Ministru u President Emeritu ta’ Malta, Eddie Fenech Adami għalaq 89 sena.

Bosta kienu dawk li f’dawn il-jiem wasslu lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista l-awguri tagħhom u għomor twil filwaqt li rringrazzjawh ta’ dak kollu li għamel għal pajjiżna.

Waqt ix-xandira, il-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lil Eddie Fenech Adami għaliex grazzi għall-ħidma tiegħu ġenerazzjonijiet sħaħ kellhom il-bieb miftuħ beraħ għall-Università ta’ Malta kif ukoll ghall-MCAST. Huwa sostna li Eddie Fenech Adami ispira lill-Partit Nazzjonalista sabiex jagħmel kisbiet kbar, b’opportunitajiet ukoll grazzi għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt illi fakkar kif kien Gvern Nazzjonalista illi introduca niċeċ ekonomiċi ġodda f’pajjizna, kif ukoll il-plulariżmu fix-xandir.