Matul din il-ġimgħa tkompla l-kampjonat 5-a-side tad-darts organizzat mill-Malta Darts Association.
Fi Grupp A rebħa komdagħal Ħamrun Bayern A bl-iskor ta’ 5-0 kontra Duke’s A filwaqt li Sliema Inter Darts għelbu lil Fgura Maypole 3-2.
Fi Grupp B intlagħabet logħba waħda b’Manchester Conquest Pub kisbu rebħa ta’ 4-1 fuq Żebbuġ Rangers.
Minn Grupp Ċ, Education Bar ħarġu rebbieħa 4-1 fuq Birżebbuġa Lions filwaqt li Floriana Ajax ħadu battikata kontra Ħamrun Bayern B biex rebħulhom biss 3-2.
Finalment fi grupp D, Floriana Ajax X Clean rebħu 3-2 barra minn darhom għand Leah’s Bar filwaqt li bl-istess skor Beland Żejtun għelbu lil Fgura Kenky.
//= $special ?>