Din kienet it-tweġiba tal-Gvern għall-kriżi merbuta mat-traffikar tad-droga f’pajjizna: Is-sitwazzjoni hija dik li hi.
Wara ż-żieda fil-każi ta’ abbuż tad-droga, il-Ministru Michael Falzon qalilna biss li s-sitwazzjoni hi dik li hi. Dan wara li anke saqsejnih dwar dak li qal l-Maġistrat Joe Mifsud meta tenna fil-Qorti illi f’pajjiżna nibtet kultura ta’ mewt.
“Ma nistax nikkumenta fuq dak li jgħid Maġistrat jien avukat, u nħoss li ma nistax. Is-sitwazzjoni hija dik li hi, is-sitwazzjoni komplejna naħdmu fuqha, komplejna ninvestu fuqha”
Studju
Studju uffiċjali preżentat mill-Pulizija wera kif fl-aħħar snin kellna żieda ta’ rapporti fejn tidħol żieda fil-każijiet rappurtati b’rabta mad-droga.
Meta saqsejna lill-Ministru x’se jkun qed jagħmel il-Gvern dwar din il-problema, Michael Falzon qalilna biss li se tissokta l-ħidma.
“Inkomplu fejn diġà ħdimna, komplejna naħdmu fuqha u ninvestu fuqha”
Saqsejna wkoll lill-Ministru wkoll id-droga sintetika, u l-Gvern x’se jkun qed jagħmel biex din il-problema li tant qed taffetwa żgħażagħ tittaffa… bil-Ministru jgħidilna li kull dipendenza hija ħażina.
“Kull dipendenza hija ħażina, meta int ikollok vizzju jfisser li m’għandekx kontroll tiegħek, irrid naraw li kull wieħed minnha f’din is-soċjetà jkollu dan il-kontroll”
Fl-aħħar jiem is-sit Lovin Malta wettaq rappurtaġġ illi tefa’ dawl fuq il-purità tad-droga f’pajjiżna, bid-drogi sintetiċi kull ma jmur qed jiżdiedu.
Fl-istess rapport ħareġ aktar fiċ-ċar kif id-droga sintetika qed tħalli impatt aktar aggressiv fuq il-ġisem tal-persuna, speċjalment ukoll fuq is-saħħa mentali.
//= $special ?>