Lokali

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular

Ħaddiem ta’ 49 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi hekk kif waqa’ sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tad-8:45 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’binja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li ħaddiem ta’ 49 sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.