Iktar ma jgħaddi l-ħin iktar qed tonqos it-tama li n-nies jinħarġu ħajjin minn taħt it-tifrik… dan hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp huma diffiċli ferm b’temperaturi kesħin taħt iz-zero.
Hekk stqarr l-Uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili Kevin Pace f’kollegament mit-Turkija fejn grupp ta’ ħaddiema Maltin jinsabu hemm sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-ħidma ta’ tfittxija u salvataġġ… f’tentattiv li jinsabu iktar persuni ħajjin.
Pace qal li s’issa l-persuni kollha li ħarġu minn taħt it-tifrik sfortunatament kienu mejta… però l-ħidma tagħhom se tibqa’ għaddejja sabiex jgħinu lil dan il-poplu u jagħmlu ġieh lil pajjiżna u lill-uniformu li jilbsu.
Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili waslu t-Turkija t-Tlieta fejn hemmhekk ingħaqdu ma’ ekwipaġġi minn pajjiżi oħra Ewropej.
Intant il-Protezzjoni Ċivili qed tkompli tilqa’ iktar provvisti f’Ħal Far sabiex imbagħad dawn jintbagħtu lejn it-Turikija u s-Sirja.
//= $special ?>