Għawdex Lokali

Imut Paul Gauci – l-ewwel sindku f’Ta’ Kercem

Fl-aħħar ħin, ħarġet l-aħbar li miet Paul Gauci, l-ewwel sindku ta’ Kercem li kien sindku tal-Partit Nazzjonalista.  Huwa ġie elett fl-ewwel żewġ elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem fl-1994 u fl-1998.  Serva bħala Sindku bejn l-1 ta’ Ġunju, 1994 u l-1 ta’ Ġunju, 2000.  

Fl-2004, Paul Gauci ġie rikonoxxut bl-għola unur li joffri l-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem, Ġieħ Ta’ Kerċem. Huwa kien ukoll għalliem tal-Malti fl-iskejjel statali. Minn din il-paġna, inwasslu l-kondoljanzi tagħna lil martu Josephine, uliedu fosthom is-Saċerdoti Dun Roberto u Dun Gabriel, ħutu u qrabatu.  

Il-funeral ser isir għada, l-Ħamis, 9 ta’ Frar 2023, fit-3.30pm, fis-Santwarju Parrokkjali tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem.