Lokali

Is-Sależjani ta’ Don Bosco jappellaw għad-donazzjonijiet sabiex jgħinu lit-Turkija u s-Sirja

“Eluf ta’ binjiet iġġarrfu kaġun tat-terremot li laqat it-Turkija u s-Sirja t-Tnejn li għadda filwaqt li dan it-terremot inħass għal ħin twil.”

Dan qalu Fr. Alejandro Leon li huwa l-Provinċjal tas-Sależjani tal-Lvant Nofsani. Bħalissa Leon jinsab f’Aleppo s-Sirja sabiex jevalwa is-sitwazzjoni u jmexxi grupp ta’ sapport f’din il-kriżi.

Iċ-ċentru f’Aleppo ma ġarrabx ħsarat kbar kaġun ta’ din it-terremot. Dan iċ-ċentru qed jospita lil diversi persuni li tilfu djarhom fit-terremot. Bħalissa hemm ‘il fuq minn 300 persuna.

Is-Sależjani f’Malta qed jagħmlu appell għad-donazzjonijiet sabiex jgħinu lin-nies ta’ Aleppo.

Id-donazzjonijiet jistgħu jintbgħatu hawnhekk:
Don Bosco Foundation
10, St John Bosco Street, Sliema

Name of Bank: APS Bank
Address of Bank: Tower Road, Sliema
IBAN: MT85APSB77013000000043645620013
BIC: APSBMTMT

Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq donboscofoundation@sdb.org.mt jew inkellha jċempel 99296552.