B’referenza għal stqarrija u rapporti fuq il-mezzi tal-istampa li saru fl-aħħar siegħat, lil hinn minn dak li qiegħed jiġi dibattut il-Qorti, l-ITS tippreċiża li kull azzjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ xi ħaddiema tagħha, saret dejjem in konformità mal-liġijiet ta’ Malta u mal-proċeduri delineati fil-Ftehim Kollettiv tal-Istitut.
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi, b’rispett lejn il-proċeduri fir-rigward ta’ kawżi li għadhom sub-judice, ser iħalli l-ġustizzja tieħu l-perkors tagħha mingħajr ma jipprova jinfluwixxi jew jippreġudika b’xi mod jew ieħor ix-xogħol tal-Qorti Kostituzzjonali.
L-Istitut għandu fiduċja sħiħa fil-Qrati ta’ pajjiżna, u għalhekk mhu ser jagħmel xejn biex ixekkel b’kummenti jew stqarrijiet totalment barra minn lokhom f’dan l-istadju.
//= $special ?>