Lokali

“Ministru li għandu ħafna paroli” – Marsin urtati għall-kliem ta’ Aaron Farrugia

It-tweġiba tal-Minsitru tat-Traffiku Aaron Farrugia fil-Parlament dwar il-problema li hemm fil-Marsa, fi Triq it-Tiġrija …..fejn ir-residenti biex jaqsmu t-triq qed ikollhom jimxu 500 metru…qajjmet reazzjonijiet iebsin min-nies tal-Marsa.

Sa ftit xhur ilu, il-Marsin kien jaqsmu t-triq permezz ta’ pedestrian crossing, bil-Minsitru jgħid li hu propona li jkun hemm shuttle service … għax in-nies semahom.

Dan il-kumment tal-Ministru xejn ma niżel tajjeb mal-Marsin, fejn iddeskrivew dan id-diskors bħala wieħed fqir.

Persuna oħra qalet li l-Ministru għandu ħafna paroli. Oħrajn qalu li s-shuttle service se jkun qed jorbot lin-nies għal ħinijiet partikolari.

Marsin oħra qalu li kliem il-Ministru ma jagħmilx sens għax mhux jgħix hu l-problema. Tkellem ukoll is-Sindku Laburista tal-Lokal fejn qal li ma jaqbilx li l-lights mhux jintużaw mir-residenti. Huwa qal ukoll li l-idea tas-shuttle servizz sa issa għadha ma ġietx diskussa u jemmen li mhux se ssolvi wisq il-problema li ntefgħet mill-Gvern fuq ir-residenti Marsin.