Futbol Sport

AĠĠORNATA – Erba’ mill-ħames partiti tal-FA Trophy posposti

(Ritratt: Joseph Galea)

Erba’ partiti mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-FA Trophy ġew posposti mill-Malta Football Association, bil-partiti mistennija jintlagħabu bħal-lum ġimgħa fl-istess ħinijiet. L-unika partita li se tintlagħab hi dik bejn Pietà Hotspurs kontra San Ġwann fil-Victor Tedesco Stadium fis-19:30.

Sa issa l-partiti li kellhom jintlagħabu għada l-Ħamis mill-istess kompetizzjoni għadhom se jsiru kif pjanat igifieri fis-7pm Sta. Lucia kontra Marsaxlokk u fit-8pm Gżira United jilagħbu kontra Qala Saints.

Il-partiti li ġew posposti huma dawn:

Stadium Nazzjonali:

17:00 – Balzan vs Birkirkara

19:30 – Valletta vs Ħamrun Spartans

Tony Bezzina Stadium:

18:00 – Hibernians vs Kerċem Ajax

Centenary Stadium:

19:30 – Gudja United vs Sirens