Is-Sedqa nidiet il-programm Teen Outside the Box; programm li se jkun qed jgħin lill-addoloxenti u ż-żgħażagħ jwarrbu l-vizzji u jagħmlu decizjonijiet importanti.
Net News tkellem ma’ Jareth Grima, Service Prevention Manager mas-Sedqa illi spjegalna li dan il-programm se jkun qed jara li jkun hemm ukoll użu għaqli tat-teknoloġija.
Saqsejna lil Jareth Grima kif issir il-ħidma biex tingħata aktar assistenza, u l-għajnuna li jkun hemm bżonn.
Hu qalilna li l-problema tal-vizzji f’xi waqtiet tibda mid-dar. Madankollu, mhux dejjem il-problemi jiżviluppaw biss mill-ambjent tal-familja.
Kelliema għas-Sedqa spjegaw ma’ Net News li qed jistennew bil-ħerqa li jiltaqgħu ma’ għadd ta’ żgħażagħ filwaqt li jittamaw li dan il-programm ikompli jgħin liż-żgħażagħ fis-snin ta’ żvilupp.
//= $special ?>