Lokali Qorti

Pulizija jixhdu fuq theddid indirizzat lejhom mill-organiżżatur ta’ Christmas Market f’Ta’Xbiex

Uffiċjali tal-Pulizija ddeskrivew kif kienu soġġetti għal sensiela ta’ abbuż verbali mill-organizzatur ta’ Christmas Market f’ Ta Xbiex hekk kif wieġbu għal rapport ta’ ġlieda hemmhekk, f’Diċembru li għadda. Jean Paul Micallef ta’ 38 sena minn San Ġwann jinsab mixli li rreżista l-arrest, li għamel ħsara fil-proprjetà tal-korp tal-Pulizija, li hedded lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u li ma obdiex ordnijiet leġittimi tal-pulizija.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll li għamel theddid u insulti kontra seba’ uffiċjali tal-pulizija, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika. L-inċident inkwistjoni seħħ f’Xatt it-Tiben, Ta Xbiex fil-5 ta’ Diċembru, għall-ħabta tat-3am. Huwa qed jiċħad l-akkużi u jinsab barra fuq pleġġ mhux garantit.

Fil-Qorti ħareġ li Micallef, Direttur u Azzjonist tal-kumpanija li kienet ilha torganizza s-Suq tal-Milied f’Ta Xbiex, kien involut fi ġlieda ma’ grupp ta’ żgħażagħ li rrifjutaw li joħorġu miż-żona fejn kien hemm il-Villaġġ tal-Milied qed jinbena. Wara li spiċċa l-konfront, xi ħadd kien ċempel lill-pulizija biex jirrapporta l-inċident.

L-uffiċjali kienu waslu madwar ħames minuti wara, ngħad fil-Qorti, sabu Micallef f’saħna u aġitat ħafna, li kemm-il darba insista li l-Pulizija kellha taġixxi malajr, peress li l-karozza użata mill-aggressuri kienet għadha fl-inħawi. Iżda l-Erbgħa fil-Qorti ħareġ li l-akkużat kien irrifjuta wkoll li jagħti d-dettalji kollha tiegħu lill-pulizija u kien hedded fost l-oħrajn-li aktar tard ‘li jsib’ lill-uffiċjali li kienu fuq il-post’, li jimplika li kien se jagħmel xi tip ta’ vendetta.

Imbagħad ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi arrestat, iżda Micallef kien irrifjuta li jmur magħhom bil-kwiet, ingħad fil-Qorti, li ta u laqat lil wieħed mill-uffiċjali. Wara li ġie mrażżan bil-qawwa u mmanettjat, ta daqqa ta’ sieq u wettaq ħsara lill-karozza tal-Pulizija li ddaħħal fiha.

Mill-pedana tax-xhieda, Surġenta mara spjegat kif fis-sigħat bikrin tal-5 ta’ Diċembru, il-Pulizija kienet irċeviet rapport ta’ argument fil-post fejn kien qed jinbena l-Villaġġ tal-Milied f’Ta Xbiex. Waqt li l-Pulizija kienu qed jippreparaw biex jidħlu fil-vetturi tagħhom biex imorru fuq il-post, barra l-għassa kienet ħarġet karozza, misjuqa minn raġel bid-demm fuq wiċċu. Ir-raġel qal lill-uffiċjali biex ikunu hemm f’temo ta’ ħames minuti.

“Ir-raġel kien fi stat eċċitat ħafna. Heddidna li se nitilfu l-impjieg tagħna u li se jattakkana. Huwa sejjaħ wieħed mill-uffiċjali ‘midget’ (nanu) u hedded li se jsib uffiċjal ieħor aktar tard,” qalet ix-xhud. Filwaqt li l-uffiċjal kien qed jitkellem ma’ persuna oħra fuq il-post, ir-raġel kien wasal bil-karozza tiegħu.

Ir-raġel, li qalet, aktar tard ġie identifikat bħala Jean Paul Micallef, kien qed jgħid lill-pulizija li kellu bżonn ambulanza. “Hu kien qed jirrifjuta wkoll li jħalli lill-Pulizija tidħol fiż-żona tal-parkeġġ, għax qal li kienet propjetà tiegħu.” Waqt li l-uffiċjal kien qed jipprova jitkellem miegħu u jikteb in-noti fin-notebook tagħha, ir-raġel kien ħataf in-notebook u mbottaha, hija qalet.

“Kellha tintuża l-forza biex tikkalmah u ġie arrestat.” Waqt li kien qed jistenna li tasal ambulanza, Micallef kien għamel ħsara fuq ġewwa tal-karozza tal-Pulizija tal-RIU, qalet ix-xhud. Imbagħad ġie ttrasportat l-isptar bl-ambulanza. “Xtaqt niġbor informazzjoni kemm stajt biex nistabbilixxi x’ġara u x’wassal għall-argument,” qalet ix-xhud taħt kontro-eżami mill-Prosekuzzjoni tal-Ispettur Eman Hayman.

L-uffiċjali kollha li xehdu llum ikkonfermaw fil-Qorti li kienu vvjaġġaw fuq il-post tad-delitt b’karozzi tal-Pulizija u li dak il-ħin kienu bl-uniformi. Ir-raġel ġie arrestat fit-3:17am u ttieħed l-isptar għall-ħabta tal-4:00am, hija qalet. “Hu kien għadu aġitat fl-isptar u l-mod kif kien qed ikellem lit-tobba wera li għadu ma kkalmax.”

L-uffiċjal qalet li fittxet ukoll il-kura għal ġrieħi f’xufftejha li kienet kkaġunata mill-akkużat waqt li kienet qed tipprova tieħu n-notebook lura. “Hu kien qed ixejjer idejh. Kien hemm daqsxejn ta’ kommossjoni,” qalet ix-xhud li żied li l-inċident kollu nqabad fuq filmat mill-body cams tal-uffiċjali tal-Pulizija.

L-uffiċjal qalet lill-Qorti li mill-ewwel stħarriġ tagħha ħareġ li l-ġlieda kienet bdiet wara li grupp ta’ żgħażagħ kienu poġġew jieklu fuq bank fis-sit fejn kien qed jinbena s-suq. In-nies li waqqfu s-suq tal-Milied u hu ma ridhomx hemm, hi spjegat..

Hija kienet qattgħet kważi nofs siegħa tipprova tikkalma lil Micallef u tikseb il-verżjoni tiegħu tal-ġrajjiet, hija qalet, iżda l-attitudni u l-imġieba tiegħu kienu ġegħluha jkollha tiffoka fuqu, minflok. L-akkużat kien irrifjuta li jiġi immanettjat u kellu jitpoġġa mal-art biex jiġi mmettinat, sem għet il-Qorti.

Kontro-eżaminat mill-avukat difensur Dustin Camilleri, ix-xhud spjegat li l-għassa tal-Imsida kienet biss ħames minuti mixi mis-sit tas-suq tal-Milied. Dak kien ukoll bejn wieħed u ieħor it-tul ta’ żmien li għadda bejn il-laqgħa inizjali mal-Pulizija sal-wasla tagħhom fuq il-post.

Meta waslu l-uffiċjali, l-akkużat kien qed jgħajjat, jaqsam it-triq u miexi kontinwament. “Kien hemm demm fuq in-naħa t’isfel ta ‘wiċċu,” fakkret ix-xhud, u indikat iż-żona fuq ix-xedaq tagħha stess. Hija ċaħdet is-suġġeriment li l-akkużat kien kalm mill-wasla tiegħu fl-għassa sal-ħin li wasal l-isptar.

Camilleri staqsa kemm kienu involuti uffiċjali fl-arrest. “tnejn jew tlieta” wieġbet ix-xhud. “Kien aggressiv lejna,” kompliet tgħid. “Ippruvajt nikkalmah u nieħu d-dettalji tiegħu, iżda ma tagħnix dettalji sħaħ.” L-akkużat deher ixengel rasu waqt partijiet mix-xhieda tal-uffiċjal.

L-avukat issuġġerixxa li Micallef kien talab lill-Pulizija biex jaġixxu malajr peress li l-karozza tal-aggressuri tiegħu kienet għadha fl-inħawi. “Iva, hu għalhekk li bgħatthom lill-[uffiċjali biex ifittxuha,” wieġbet hi. Xhud li kien fuq il-post seta’ qal lill-Pulizija n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza, qalet ix-xhud, iżda sostniet li ma tistax teskludi l-possibbiltà li l-akkużat kien taha lilha.

Wara xehed il-Kuntistabbli tal-Pulizija, stazzjonat fl-għassa tal-Imsida, li ta aktar dettalji dwar l-insulti u t-theddid allegatament diretti lejn il-Pulizija mill-akkużat.. “Kien qed jinsulentana u jheddidna, jagħmel kull xorta ta’ theddid. Huwa qalli li se jsibni d-dar..

Hu kien qed jgħid ‘din hija l-proprjetà privata tiegħi,’ hażin għalikhom, se nħarrikkom.” Micallef kien qal lill-Pulizija li kien hemm argument u ta lill-Pulizija pjanċa tan-numru, qal l-uffiċjal. “Allura morna nagħmlu patril taż-żona, iżda ma nstabet l-ebda vettura bi pjanċa tan-numru li taqbel.”

Mistoqsi kif irreaġixxa għall-provokazzjoni tal-akkużat, huwa qal “Bqajt kwiet u ffilmjat bil-‘body cam’ tiegħi, imbagħad ipprova jagħmel xi ħaġa lis-surġent u kellna nużaw ftit forza. Huwa tpoġġa fil-karozza tal-Pulizija, u ta daqqa ta’ sieq lil waħda mill-bibien, u għamel ħsara. Imbagħad ittieħed l-isptar.”

Hu kien aġitat ħafna. Vjolenti ma kienx inizjalment. Ma messniex, imma kien qed jistidinna biex isawtuh. ‘Ejja u tini,’ kien qed jgħidilna. Kien hemm ukoll theddid verbali.” Dan ix-xhud ukoll qal li Micallef baqa’ jissielet anke wara li kien arrestat.

“Hekk kif kien fir-raħal tal-Milied, kien qed jinsulenta b’kull mod immaġinabbli, mill-A saż-Ż. Imbagħad meta ġie arrestat sar aggressiv, iżda l-isptar kien ikellem lit-tabib b’mod normali u ma tantx tana nkwiet, iżda kien immanettjat.” L-uffiċjal fakkar lill-akkużat insista kemm-il darba li l-Pulizija jmorru immedjatament wara ż-żgħażagħ.

“Hu ma għenix, anzi waqqafna, u żammilna milli ngħinuh.” Wara xehdet Pulizija mara oħra, li rrakkontat li kienet insultata mill-akkużat waqt li kienu qed jistennew l-ambulanza. “Hu ma kienx qed jikkoopera,” hija qalet. “Waqt li konna qed nistennew l-ambulanza, Jean Paul ġie ħdejja u kemm-il darba sejjaħli ‘midget’, u stidinni biex nagħtih daqqa fuq wiċċu.”

L-uffiċjal qalet li baqgħet kalma u qalet lir-raġel biex iżomm id-distanza tiegħu. Huwa kien insulen ta mill-inqas tliet darbiet, hija qalet. “Kien qed jinsisti magħna li, kif kien qed jibni r-raħal tal-Milied fiż-żona tal-parkeġġ, kellu permess u għalhekk il-post kien tiegħu. Neħħa l-qmis, u kienqed jitla’ u jinżel it-taraġ tal-bank Pilatus, imbagħad ġie ħdejna u beda jxejjer ma’ wiċċna.”

Camilleri staqsa lix-xhud x’għamlet. “Ġie ma’ wiċċi, qalli tijieli, tijieli, tijieli!’ u għalhekk qaltlu biex jimxi lura, hija qalet. L-uffiċjal żiedet tgħid li hi wkoll kienet tbiegħdet għax kienet qed tirrabja wkoll. Il-każ se jkompli f’Ġunju.