Real Madrid se jkunu qed jilagħbu kontra Al Hilal fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs wara li fis-semifinali għelbu lil Al Ahly 4-1.
Vinicius Junior poġġa lil Real Madrid fil-vantaġġ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima qabel ma’ Federico Valverde rdoppja fil-bidu tat-tieni taqsima.
Al Ahly naqsu l-iskor fil-65 minuta permezz ta’ penalty ta’ Ali Maaloul. It-tim ta’ Carlo Ancelotti għalaq il-partita fl-aħħar minuti fejn wara li fis-87 minuta Luka Modric falla penalty, kien Rodrygo li fil-ħin mogħti żejjed għamilhom 3-1 biex fit-tmien minuti tal-ħin mogħti żejjed, Sergio Arribas għamel l-iskor 4-1. Il-finali tintlagħab nhar is-Sibt fit-8.00pm
//= $special ?>