Futbol Sport

FA Trophy: Sorpriża minn San Ġwann wara li eliminaw lil Pietà Hotspurs

(Ritratt: Martin Agius)

Pietà H……………….0

San Ġwann…………2

Pietà H.: R. Cini, S. Okoh, C. Bangura, T. Abraham, D. Zerafa, T. Agius (K. Leonardi 66′), A. Hobhannisyan, K. Briffa (T. Yamagcuchi 46′), A. Ajroud (G. Ogungbe 66′), Z. Leonardi, D. Miranda (J. Ghio)

San Ġwann: J. Pisani, M. Micallef (A. Xuereb 66′), G. Zammit (K. Gatt 83′), J. Omoruanzoje, K. Toure (T. Akiti 72′), R. Saito (N. Abouhaisa 84′), J. Grech, G. Pace, I. Cutajar, G. Virano, K. Bartolo

Referee: S. Petrovic

San Ġwann b’sorpriża eliminaw lit-tim mill-Kampjonat Premier Pietà Hotspurs fl-unika partita li ntlagħbet illum bil-partiti l-oħra jitħassru minħabba l-maltemp.

Iż-żewġ gowls ta’ San Ġwann waslu fit-tieni taqsima, meta l-ewwel fit-62 minuta kien Gonzalo Virano li għamilhom 1-0. Pietà sfaw jilagħbu bi player anqas fl-74 minuta meta tkeċċa Daniel Zerafa biex tmien minuti mit-tmiem, kien Tobi Akiti li rdoppja u għalaq il-partita.