Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jiskorja erba’ gowls u jaqbeż il-500 gowl tal-karriera tiegħu

Cristiano Ronaldo skorja erba’ gowls f’rebħa ta’ 4-0 li Al Nassr kisbu fuq Al-Wehda. F’din il-partita Ronaldo skorja wkoll il-500 gowl tal-karriera tiegħu.

Ronaldo fetaħ l-iskor fil-21 minuta qabel ma rdoppja ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima kompla fejn ħallas u għaqqad il-hat-trick fil-51 minuta permezz ta’ penalty. Ronaldo skorja r-raba’ gowl tiegħu għaxar minuti wara biex skorja l-503 gowl.

Ronaldo skorja 311-il gowl ma’ Real Madrid, 103 ma’ Manchester United, 81 ma’ Juventus, 3 ma’ Sporting u 5 ma’ Al Nassr.