Il-maltempata li tinsab fuqna qed twassal għal ħsarat kbar madwar il-gżejjer Maltin.
Ir-ritratt li jidher hawn fuq juri ħajt li jinsab fi Triq San Ġorġ, San Pawl li nbeżaq ‘il barra kaġun tal-ammont kbir ta’ ilma tax-xita li niżel fl-aħħar sigħat.
Ħajt ieħor waqa’ fil-limiti tan-Naxxar, bil-ġebel jinxtered tul il-bankina u saħansitra t-triq.

Il-maltemp ikkawża wkoll biex siġra fi Triq l-Imqabba, Ta’ Kandja, Siġġiewi biex kompletament tgħalaq it-triq għall-vetturi.

Ħajt ieħor waqa’ wkoll f’Ħal Qormi, b’nofs it-triq tingħalaq għat-traffiku.

Bl-istess maltempata tolqot mhux b’inqas lill-Marsaskala.
