Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal li kollox qed juri li l-fiduċja tan-nies fil-politika qiegħda dejjem tinżel tant li kważi 70,000 persuna ma marrux jivvotaw jew marru jivvotaw imma ħassru l-vot.
Fl-Aġġornament tal-parlament Stanley Zammit qal li l-propoganda qawwija u persistenti tal-Gvern Laburista li tiswa l-eluf ta’ ewros u mħallsa mit-taxxi qed toskura lill-Oppożizzjoni u tipprova tbellagħha lin-nies li dak li kull ma jlellex huwa deheb.
Hu staqsa x’jiswa li l-Ministru Fearne jgħid li s-sitwazzjoni tal-mediċini qiegħda taħt kontroll meta koppja li għaddejja mill-martirju tal-proċess tal-IVF għandha ċiklu ddisturbat għaliex m’hawnx mediċina tal-Growth Hormone, lanqas il-Mater Dei?
X’jiswa d-diskors tal-Ministru jekk din il-koppja tilfet waħda mill-ftit opportunitajiet li ghanda? X’jiswew id-diskorsi kollha li jsiru dwar mediċini b’xejn, anke fil-każ tal-IVF, jekk il-koppji għadhom iħallsu eluf ta’ ewros għall-mediċini.
Stanley Zammit fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-medicini nieqsa u xhieda li din il-koppja semgħet mill-Gvern u marret iddur l-ispiżeriji biex tipprova ssibha imma baqgħet b’xiber imnieħer.
Hu poġġa wkoll kopja ta’ uħud mill-irċevuti, waħda minnhom ta’ aktar minn €900, li koppja tħallas għal diversi mediċini li min ikun qed jagħmel dan il-proċess ikollu jixtri.
Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dawn il-granet irċeva messaġġ mingħand infermier issaqsih gġaliex lin-nurses Maltin f’San Vinċens qatgħulhom is-sahra f’daqqa imbaghad, uħud mill-barranin mal-gurnata jkunu ġurnata ma’ kuntrattur u bil-lejl ikunu xogħol ma’ kuntrattur ieħor.
Hu staqsih ukoll ghaliex jekk jagħmlu żball l-infermiera, il-carers jew il-ħaddiema Maltin jgħadduhom minn skrutinju sħiħ, kif ghandu jkun, imma jekk il-persuna tkun barranija kull ma jagħmlu huwa li jitfgħuha post ieħor qisu qatt ma ġara xejn.
L-infermiera qed jistaqsu kif wara dak l-istudju kollu biex jilħqu hemm bżonn wara l-ħinijiet imorru part-time post iehor biex forsi jlaħħqu mal-loans.
X’sar minn dakinhar sal-bidu ta’ din is-sena? Xejn; ħlief intilfu €78,000 fondi Ewropej. Issa, din is-sena, saret ċerimonja oħra, biex jitnedew ix-xogħlijiet. Ix-xogħol hawn beda. Ħafna aħjar minn Ġnien Indipendenza, f’Birżebbuġa stess. Hawn, sena u 3 xhur ilu wrewna video sabiħ ħafna ta’ proġett li kellu jiġi jiswa’ €200,000! Sal-lum; kollox għadu fuq il-karta.
Hu ttamat li jekk u meta jitlestew dawn il-proġetti, il-kwalità tkun ħafna aħjar u t-tberbiq tal-flejjes ikun ħafna anqas minn dak li qed jiġri f’Ta’ Qali.
Fil-15 ta’ Mejju tal-2022, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi żar ix-xogħolijiet relatati maż-żona tal-kunċerti f’Ta’ Qali. Bis-soltu pompa u videos meħudin mill-ajru stajna naraw dak li kien għaddej fuq dan il-proġett li ser jigi jiswa mal-€14-il miljun .
L-idea li jsiru kunċerti fi spazju li jista’ jintuża min-nies meta ma jkunx hemm kunċerti, hi idea tajba, speċjalment meta din kienet żona abbandunata. Mill-ġdid każ ieħor ta’ xogħolijiet ħżiena u tberbiq ta’ flejjes.
Jirriżulta li fil-kmamar ta’ taht dieħel l-ilma minn ħafna bnadi tant li f’numru ta’ postijiet is-suffett infaqa’. Fejn is-suffett ma nfaqax bl-ilma li daħal, kien hemm fejn kellu jinqala’ biex jipprovaw jillapazzaw xi ħaġa. Għaliex jillapazzaw? Għaliex xi ħadd ġietu l-idea li flok jagħlaq minn fejn diehel l-ilma, jilqa’ l-ilma li dieħel ġo sprall u jitfugh ġol-katusi.
Dawn huma biss ftit mir-raġunijiet għaliex in-nies qed titlef il-fiducja fil-politika. In-nies xebgħet mill-politika tal-moxt u l-mera. Il-Gvern mhux jidher u jippoppa jrid imma jrid jagħmel dmiru, ikun serju, jgħolli l-istandards, ma jkunx arroganti, jisma’ lil min jiftaħlu għajnejħ, isib is-soluzzjonijiet u jwettaqhom b’effettività, efficjenza u fil-ħin.
//= $special ?>