Edukazzjoni Lokali

Iż-żewġ għalliema mill-ITS tkeċċew minħabba nuqqas tal-UPE – MUT

L-Union tal-Għalliema MUT qed tallega li żewġ għalliema mill-ITS spiċċaw imkeċċija wara li l-Union kompetitur magħha, il-UPE, żgwidathom b’wegħdiet u assigurazzjonijiet foloz meta saħqet li kellha kull dritt li ssejjaħ azzjoni industrijali meta saħqet li l-ftehim kollettiv mal-MUT ma kienx jgħodd.

Fi stqarrija l-MUT saħqet li l-UPE użat dawn il-lecturers sabiex tinnegozzja mal-ITS, minkejja li ma tirrappreżentax il-maġġoranza tal-għalliema fi ħdan din l-Istituzzjoni.

L-MUT saħqet li żewġ għalliema biss baqgħu isegwu l-azzjonijiet industrijali tal-MUT bil-konsegwenza li rriżulta fi proċeduri dixxiplinarji u eventwalment terminazzjoni tal-impjieg tagħhom.

L-Union tal-Għalliema saħqet li huwa ċar li l-UPE mhux biss falliet fi strateġija għal rappreżentanza kollettiva iżda poġġiet lil żewġ membri tagħha f’riskju serju li ma jkollhomx protezzjoni fil-konfront ta’ proċeduri dixxiplinarji.

L-MUT saħqet li l-ebda union serja ma kienet twassal lil membri tagħha għal dan u li union serja dejjem tħares biex tipproteġi lill-membri tagħha minn konsegwenzi negattivi.