Lokali

Jaqa’ biċċa mis-suffett tas-sala tat-tluq La Valette fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Ritratt: Corriere di Malta

Fl-aħħar ħin waqa’ biċċa mis-suffett tas-sala tat-tluq La Valette fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jidher li s-suffett waqa’ kawża tal-maltemp li qed jagħmel dawn l-aħħar sigħat.

Jidher li raġel spiċċa taħt it-tifrik tas-saqaf iżda fortunatament ma sofra mill-ebda ġrieħi tant li rrifjuta assistenza medika.

Bħalissa s-sala tinsab magħluqa biex ikun evitat kull tip ta’ periklu.