Hekk kif fl-aħħar sigħat komplew jiżdiedu l-katavri ta’ persuni li nstabu mejta wara t-terremot ta’ nhar it-Tnejn, xejn mhu jaqta’ qalb it-timijiet ta’ salvataġġ. Tant li matul il-lejl li għadda inħareġ tifel ħaj minn qalb it-tifrik.
Dan it-tifel ta’ 12-il sena, li jismu Khadir, kien ilu maqbud xejn anqas minn 62 siegħa. U l-membri ta’ emerġenza damu sagħtejn sħaħ biex qalgħuh minn qalb il-ġebel u t-terrapien.
Is-salvataġġ ta’ dan it-tifel seħħ fil-villaġġ ta’ Nurdaği, qrib ferm tal-belt Torka ta’ Gaziantep.
S’issa, iċ-ċifri uffiċjali jindikaw li fit-Turkija u s-Sirja kienu b’kollox mas-17,500 dawk li tilfu ħajjithom f’dan id-diżastru naturali. Filwaqt li aktar minn 62,000 sfaw feruti.
//= $special ?>