L-MFA ħabbret il-ġranet tal-partiti li kienu posposti fil-jiem li għaddew minħabba l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin. Il-partiti kollha mill-IZIBET FA Trophy se jkunu qed jintlagħbu nhar il-Erbgħa li ġej wara li anke dawk li kellhom jintlagħbu llejla bejn Santa Lucia u Marsaxlokk u Gżira United u Qala Saints ġew posposti.
Il-partiti kollha –
L-Erbgħa – Stadium Nazzjonali: Balzan v Birkirkara 5.00pm, Valletta v Ħamrun S. 7.30pm, Centenary Stadium: Gżira U. v Qala S. 6.00pm, Gudja U. v Sirens 8.30pm Tony Bezzina Stadium: Hibernians v Kerċem A. 6.00pm, Santa Lucia v Marsaxlokk 8.30pm
//= $special ?>