Atletika Sport

Kważi 2,000 atelta jirreġistraw għall-Malta Marathon

Ftit anqas minn 2,000 atleta rreġistraw għat-38 edizzjoni tal-Malta Marathon li se tkun qed issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar. Dan l-avveniment se jkun qed jirritorna wara nuqqas ta’ tliet snin u se jinkludi n-nofs maratona fuq distanza ta’ 21.097km u l-maratona prinċipali fuq 42.195km, bil-maratona tibda mill-Imdina u tispiċċa Ta’ Sliema.

Għal darb’oħra, atelti minn madwar id-dinja kollha se jkunu qed jikkompetu f’din li hi waħda mill-aktar maratoni antiki fl-Ewropa bil-bidu tagħha jmur għall-1986. Ir-rekord tal-maratona qed jinżamm minn Mohammed Hajjy fil-katergorija tal-irġiel filwaqt li Carolyn Huter Rowe żżomm ir-rekord tan-nisa.

Intant bħal kull sena l-Malta Martahon għandha lill-Fondazzjoni Inspire bħala sieħeb magħha f’din il-maratona.