L-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta ħarġu avviż li l-attivitajiet esterni tal-lejla u t’għada inkluża l-Purċissjoni Sinodali bil-Vara ta’ San Pawl ġew kanċellati minħabba l-maltemp.
Il-festa interna se tkompli kif ippjanat inkluża it-Translazzjoni Solenni tal-lejla u l-Quddiesa Pontifikali t’għada.
Għada fis-1.30pm il-Banda tas-Societa’ Filarmonica La Valette teżegwixxi programm ta’ Marċi fis-Sede tas-Societa’.
Nhar is-Sibt se ssir attività ‘Marċi Pawlini’ organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini flimkien mas-Societa’ Filarmonica Nazionale La Valette fi Triq Santa Luċija fis-2.00pm.
Fil-5.30pm għandha ssir il-purċissjoni Sinodali bil-Vara ta’ San Pawl Nawfragu mat-toroq tal-Belt Valletta akkumpanjata minn ħruq ta’ nar tal-ajru mill-Port il-Kbir.