Internazzjonali

L-Istati Uniti: Miet il-kompożitur ċelebri Burt Bacharach

Burt Bacharach, wieħed mill-aqwa kompożituri tal-mużika kontemporanja li hu famuż madwar id-dinja, miet fid-dar tiegħu f’Los Angeles fl-età ta’ 94 sena. Ir-rapporti qalu li mewtu kienet dovuta għall-kawżi naturali.

Fost l-aktar kompożizzjonijiet magħrufin ta’ Bacharach — u li anki ntużaw bħala soundtracks għal numru ta’ films — hemm il-kanzunetti I Say A Little Prayer, Walk On By u What The World Needs Now Is Love.

Bacharach, b’kollaborazzjoni mal-liriċista Hal David, anki kiteb diversi siltiet għal films bħal What’s New Pussycat u The Look Of Love — suċċess kbir għall-kantanta Dusty Springfield.