Numru ta’ toroq f’pajjiżna jgħerqu bix-xita li qed tagħmel

Diversi toroq madwar pajjiżna qed jispiċċaw jgħerqu fix-xita li qed tagħmel. Bil-karozzi qed isibuha diffiċli li jgħaddu minnhom minħabba l-ammont kbir ta’ ilma li qed jinġema’ fihom. Filmat li wasal għand Net News juri triq li tlestiet riċenti, dik f’Ta’ Kandja, li għerqet kompletament bix-xita. B’rapporti oħra saru f’toroq oħra madwar Malta u Għawdex.