Lokali

Omm Pelin tirritorna fil-post tal-mewt ta’ bintha

Omm Pelin Kaya, it-tfajla Torka li kienet inqatlet ħdejn ristorant fil-Gżira, il-Ħamis filgħodu reġgħet marret fil-post tal-mewt ta’ bintha biex isellem il-memorja tagħha. Mitlufha tħaddan magħha ritratt ta’ Pelin, ommha għamlet xi ħin fil-post titlob għal bintha.

Çiçek Kaya tħaddan magħha ritratt ta’ bintha

Omm Pelin waslet fil-Gżira ftit tal-ħin qabel tkompli l-kumpilazzjoni kontra Jeremie Camilleri. Hu qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom il-qtil ta’ Kaya.

L-omm Torka kienet ġiet l-ewwel darba f’pajjiżna fl-aħħar tax-xahar li għadda fejn kienet marret fil-post fejn inqatlet Pelin Kaya tpoġġi bukket fjuri… u żaret ukoll l-uffiċini fejn kienet taħdem bintha.