Lokali

Ristorant ġdid f’Malta se jkun qed jagħti b’donazzjoni d-dħul kollu lill-vittmi tat-terremot

Ristorant ġdid li se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għada f’Ħal Qormi se jkun qed jagħti b’donazzjoni d-dħul kollu li jagħmel matul il-ġurnata kollha.

Ir-ristorant, bl-isem ta’ Posh Kebab li jinsab fil-Pavi, se jiftaħ għada f’nofsinhar.

Id-donazzjonijiet mistennija li jmorru għall-vittmi li jinsabu fl-epiċentru tat-terrimot, Kahramanmaraş u għal għaxart ibliet oħra fit-Turkija li ġew affetwati.