It-Tnejn filgħaxija tkompla l-BOV Premier League tal-Bowling fejn spikka għal darb’oħra r-rebħa ta’ Team BOOM li għelbu lil Turu’s Knights 6-2 biex b’hekk baqgħu mingħajr telfa u fil-quċċata tal-klassifika. L-aqwa bowlers f’din il-partita kienu Mark Spiteri ta’ Team BOOM li għamel 595 punt u Reuben Scerri ta’ Turu’s Knights li għamel 533 punti.
Powerfruit kellhom riżultat diżappuntanti meta kienu megħluba b’sorpriża minn BOV bl-iskor ta’ 6-2. Iż-żewġ timijiet jinsabu fit-8 u d-9 post rispettivament bi 8 punti kull wieħed. Philip Gruppetta kien l-aqwa bowler għal Powerfruit filwaqt li Bjorn Tabone kien l-aħjar għal BOV.
Team Brunswick għelbu liċ-champions renjanti OKMALTA.com 6-2 hekk kif huma wkoll għadhom mingħajr telfa fil-bidu ta’ dan il-kampjonat. Kayden Lagana kien l-aqwa bowler f’din il-partita u għal Team Brunswick hekk kif għamel 690 punt filwaqt li Dennis Mercieca kien l-aħjar għal OKMALTA.com.
F’partita oħra, Burtal Legendz u Bank of Valletta temmew fi draw ta’ 4-4 filwaqt li Royal Shock tilfu kontra Twin bl-iskor ta’ 6-2.
Għal din il-ġimgħa, Kayden Lagana u Sue Abela kienu l-aqwa skorers b’690 u 611-il punt rispettivament.
//= $special ?>