Lokali

Bernard Grech jwassal il-kondoljanzi lill-familja Abela

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Lukarda Abela – omm il-President Emeritu George Abela.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ George Abela u l-Prim Ministru Robert Abela.

Bernard Grech, flimkien ma’ martu AnneMarie Grech, wassal l-appoġġ tiegħu f’dan il-mument ta’ sogħba.

Lukarda kienet tgħix Ħal Qormi, iżda f’dawn l-aħħar snin kienet residenti f’Karin Grech.