Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Aktar blackouts fost l-attakki fuq ċivili

L-Ukrajna mill-ġdid qed issofri l-blackouts wara li l-missili Russi laqtu l-faċilitajiet tal-enerġija f’sitt reġjuni tal-pajjiż. Dan waqt li mal-150,000 dar spiċċaw mingħajr elettriku fir-reġjun ta’ Kharkiv waħdu u fost rapporti dwar ‘numru ta’ vittmi’ f’dan l-attakk.

Instemgħu ukoll l-isplużjonijiet fi Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna, u fejn l-awtoritajiet lokali qalu li ma weġġa ħadd. Bħalissa, ħafna residenti qed  isibu l-kenn fis-sistema tal-metro tal-kapitali fost l-inċertezza dwar il-baraxx li jmiss tal-missili min-naħa tar-Russi.

Il-qawwiet tar-Russja anki fetħu l-attakki fuq ir-reġjuni Ukreni ta’ Kharkiv u Zaporizhzhia — u bir-reġjun ta’ Mykolaiv jintlaqat mill-‘mewġ tal-missili’.

L-attakki huma parti minn pjan ta’ Moska biex tkisser lill-faċilitajiet li jipprovdu l-enerġija lill-Ukreni matul ix-xitwa, b’numru ta’ analisti jfissru l-attakki bħala reati tal-gwerra avolja r-Russja ċaħdet li qed tiġġieled gwerra ‘kontra ċ-ċivili’.