Il-komunità Maltija f’Ruma kienet mistiedna mill-Ambaxxatur ta’ Malta f’Ruma, l-Eċċellenza Tiegħu, is-Sinjur Carmel Vassallo, sabiex tkun iċċelebrata s-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.
Monsinjur Laurence Spiteri mexxa l-quddiesa li saret fil-Knisja tal-Karmnu ta’ Via della Conciliazione.

Monsinjur Spiteri saħaq li jekk Malta ma’ żżommz livell għoli fil-ħajja morali tagħha, taqbad it-triq l-isfel lejn il-kaos. San Pawl propju uriena il-Verità tal-Vanġelu li tmexxina lejn livell għoli tal-ħajja tagħna fid-dinja.
Kienu preżenti l-istaff tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, Maltin miżżewġin Taljani, 25 qassisin u patrijiet u komunitajiet ta’ sorijiet Maltin.
Wara l-quddiesa l-Ambaxxatur stieden lil kulħadd għal riċeviment familjari.
