Tfajjel ta’ sitt snin kien fost żewġ persuni konfermati mejtin wara li aggressur mhux identifikat saq karozza direttament għal fuq in-nies li kienu qed jistennew f’venda għall-karozzi tal-linja f’zona ċentrali ta’ Ġerusalemm tal-Lvant.
L-attakk seħħ fl-inħawi ta’ Ramot magħrufin bħala salib it-toroq, bil-pulizija, wara, issostni li l-aggressur kien ‘innewtralizzat minnufih’ fuq il-post. Ir-ritratti minn fuq il-post urew karozza tat-tip Mazda wieqfa fuq bankina ta’ taħt il-bus shelter u wara li din kienet baqgħet dieħla f’arblu.
L-investigazzjoni qed titratta l-każ bħala terroriżmu potenzjali, bil-paramediċi fl-inħawi jgħidu li l-attakk ħalla wkoll numru mhux determinat ta’ midruba.
Lanqas ma kien eskluż li l-vittmi jiżdiedu, bl-awtoritajiet qed ikomplu bl-inkjesta f’dik iz-zona ta’ Ġerusalemm taħt okkupazzjoni Iżraeljana.
Dawn huma żmenijiet partikularament imdemmija għall-Iżraeljani u l-Palestinjani, biċ-ċifra tal-mejtin qed tiżdied minn jum għal ieħor wara l-attakki minn militanti Palestinjani fuq iċ-ċivili u bil-qawwiet Iżraeljani jwettqu sensiela ta’ rejds fuq il-moħbiet tal-militanti fix-Xatt tal-Punent.
//= $special ?>